Find Us Online At
iBookstore
Android app on Google Play
Like Us
A programme by
L-Olimpjadi Spazjali
28 June 2012

Fl-ispazju xejn ma jibqa’ wieqaf. Fil-fatt ħafna stilel qishom atleti tal-maratona li jiġru distanzi twal, minħabba li dejjem jiġru fl-ispazju tul il-ħajja tagħhom. Iżda dan l-aħħar l-astronomi lemħu stilla (li f’dan ir-ritratt spazjali ġdid, fil-kaxxa, tidher qisha tebgħa ħadra) li tiġri b’veloċità kbira.

Biex jaħdmu l-veloċità ta’ din l-istilla, l-astronomi kellhom jikkalkulaw kemm imxiet ‘il bogħod minn meta bdiet it-tellieqa tagħha u dan kemm ħa żmien. L-astronomi jaħsbu li l-istilla bdiet it-tellieqa tagħha fiċ-ċentru ta’ sħaba tal-gass vjola u trabijiet li jidhru f’dan ir-ritratt. Dan għaliex din hi tip ta’ stilla speċjali li ddur malajr ħafna, li tissejjaħ ‘pulsar’. Il-pulsar imbeżqet waqt l-isplużjoni li ħolqot l-isħaba ta’ gass u trab.

Fuq dawn il-kalkoli, l-astronomi jaħsbu li l-‘pulsar’ qed timxi bil-veloċità inkredibbli ta’ bejn 9 u 11-il miljun kilometru fis-siegħa! Dan jista’ jagħmilha l-iżjed ‘pulsar’ ta’ veloċità qawwija li qatt konna nafu biha! Imma hemm xi ħadd ieħor li qed jikkompeti għat-titlu, hekk kif qabel kien hemm ‘pulsar’ oħra kien ikkalkulat li kienet qed tiġri b’veloċità ta’ bejn 5 u 10 kilometru fis-siegħa. Ħasra li l-astronomi ma jistgħux idaħħlu dawn iż-żewġ stilel f’’Olimpjadi Spazjali’ biex jaraw liema minnhom tiġri l-iżjed. Minflok ikollhom jaħdmuha bil-mod id-diffiċli u jipperfezzjonaw ir-riżultati tagħhom.

Fatt Interessanti

Jekk ‘pulsar’ tkun għaddeja b’veloċità ta’ 11-il miljun kilometru fis-siegħa, tista’ tivvjaġġa madwar l-ekwatorju tad-Dinja f’madwar 13-il sekonda!

Share:

More news
12 October 2020
1 October 2020
16 September 2020
14 September 2020
10 September 2020

Images

Is this the fastest pulsar?
Is this the fastest pulsar?

Printer-friendly

PDF File
1.0 MB